AĠĠORNAT: Id-dimostrant jiċħad li qeda l-bżonnijiet tiegħu ma' ħajt f'Kastilja

  • Diċ 09, 2019 15:25
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Id-dimostrant, li aktar kmieni deher fir-ritatt ippubblikat mid-Deputat Laburista Glenn Bedingfield, identifika ruħu ma' inewsmalta filwaqt li spjega dwar dak li ġara. Qal li minkejja li hu jidher li qed jagħmel il-bżonnijiet tiegħu mal-ħajt, fil-verità ma għamilx dan. Spjega li hu ma tħalliex juża l-latrina, kien se juża bott biex jagħmel fih u waqqfuh xorta milli jagħmel dan. Sostna li minħabba f'hekk beda jargumenta għal xi ftit tal-ħin mas-suldat, iżda mbagħad mar lura f'postu. 

     

    AKTAR KMIENI: Id-deputat Laburista Glenn Bedingfield tella' ritratt fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook fejn jidher dimostrant li ħa sehem fil-protesta ta' dalgħodu waqt li qed jiġi mwaqqaf minn suldat għax ipprova jagħmel il-bżonnijiet tiegħu ma' ħajt f'Kastilja.

    Bedingfield qal li l-protesti ma jdejquhx għax hu dritt sagrosant li ssemma' leħnek. Madankollu, hu qal li biex issemma' leħnek trid tkun diċenti fl-azzjonijiet tiegħek. Min-naħa l-oħra, hu qal li jinkwetah kif grupp żgħir ta' nies irnexxielhom jidħlu bla xkiel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

    Intant, il-Moviment Graffitti qalu fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook li l-attivist kien qed jagħmel il-bżonnijiet tiegħu f'bott għax ma tħalliex juża l-latrina f'Kastilja. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0