Ħax-Xjuħ - l-ewwel pantomima b’kast u bi crew li għandu aktar minn 60 sena

  • Diċ 09, 2019 15:43
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tal-kumpanija nazzjonali tat-teatru, Teatru Malta, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ħabbru l-premiere tal-pantomima tal-Milied li ġej ‘Ħax-Xjuħ’ fit-teatru tal-komunità, Metanoia f’Ħal Luqa. 

    “Huwa bis-saħħa ta’ produzzjonijiet bħal dawn li jirnexxielna nwettqu l-istrateġija kulturali tagħna, li nkomplu nagħmlu l-kultura u l-arti aktar aċċessibbli għal komunitajiet ta’ kull età, speċjalment matul l-istaġun tal-festi”, iddikjara l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. “L-opportunitajiet biex il-veterani jimpenjaw ruħhom fl-arti ma jinqalgħux spiss biżżejjed u għalhekk inħossni kburi ħafna meta nara lil Teatru Malta jikkollabora mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva biex jitfa’ dawl fuq l-importanza ta’ inizjattivi bħal dawn fi gżiritna”, żied il-Ministru Bonnici.

    Il-produzzjoni miktuba mid-drammaturgu rinomat Tony Cassar Darien u mid-direttriċi brava Josette Ciappara se tkun l-ewwel pantomima fl-istorja ta’ Malta magħmula minn kast ta’ persuni li għandhom ’il fuq minn 60 sena. Dan ma jgħoddx biss għall-kast prinċipali iżda wkoll il-kor, iż-żeffiena u t-tim artistiku kollu wara dan l-ispettaklu tal-Milied, li lkoll kemm huma għandhom aktar minn 60 sena. Dan kollu sar possibbli bil-għajnuna tal-assistent direttur Giovann Attard flimkien mal-koreografija taż-żeffiena u l-għalliema Alison White u d-direzzjoni mużikali tal-inkomparabbli Maestro Paul Abela kif ukoll id-disinn tas-sett ħelu ta’ Donald Friggieri. 

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li din hija kollaborazzjoni oħra li qed issir mal-Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura Owen Bonnici biex titwettaq wegħda oħra mill-manifest elettorali għall-anzjanità attiva. Qal li din hija l-ewwel produzzjoni ta’ din ix-xorta, grazzi għal Teatru Malta, għax għal dan il-gvern, il-kultura hi waħda mill-pilastri tal-anzjanità attiva.  

    Anthony Agius Decelis qal li permezz ta’ dan il-proġett se tkun l-ewwel darba li ssir pantomima mill-anzjani għall-anzjani, bl-atturi lkoll għandhom ‘il fuq minn sittin sena. Is-segretarju parlamentari qal li mhux biss din se tkun esperjenza pożittiva għall-anzjani li jridu jibqgħu attivi iżda fetħet ukoll il-bibien għal dawk l-anzjani li xtaqu li jwettqu l-ħolma tagħhom billi juru l-abbiltajiet tagħhom fit-teatru.  

    Qal li din se tkun esperjenza mill-iktar interessanti u tal-ewwel xorta tagħha għax mhux biss atturi anzjani ngħataw l-opportunità li jieħdu sehem fi produzzjoni għolja teatrali iżda anzjani mid-djar residenzjali u mill-komunità se jkunu mħeġġa jiġu jaraw produzzjoni mtellgħa mill-anzjani stess. Anthony Agius Decelis irringrazzja lill-Ministru Bonnici għax din il-kollaborazzjoni se twassal għal ħidma oħra ta’ ġid għall-anzjani li qed jingħataw il-motivazzjoni li jibqgħu attivi fil-komunitajiet tagħna. 

    Il-kast formidabbli jinkludi l-favoriti Maltin Joe Farrugia d-Dulli li se jkollu l-irwol ta’ Rita Kalamita, id-dama f’Ħax-Xjuħ, martu Veronica Farrugia, Philip Vella, Ray Calleja, Narcy Calamatta, Theresa Gauci, u Gwido Fenech, fost atturi u artisti inkredibbli oħra.

    “Ħadt ħafna pjaċir naħdem fuq din il-produzzjoni”, qalet id-direttriċi Josette Ciappara, u l-awdizzjonijiet għall-ensemble li fetħu f’Awwissu li għadda x’aktarx li kienu fost l-aktar mumenti memorabbli. “Kellna kważi 70 raġel u mara ’l fuq minn 60 sena li applikaw. Il-biċċa l-kbira tagħhom qatt ma kienu kantaw jew żifnu qabel iżda impenjaw ruħhom bis-sħiħ għall-provi u għat-taħriġ tal-kant u taż-żfin li tassew juru kemm qatt ma aħna xjuħ wisq biex nippruvaw xi ħaġa ġdida!”

    Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall irrimarka li hu pjaċir tiegħu li jara teatru fuq ton daqshekk umoristiku. Qal li l-aspirazzjoni tiegħu hi li jara lil Teatru Malta jkompli jibni korp ta’ xogħol li jinkorpora kummiedja ta’ kwalità li tiċċelebra libertà ta’ espressjoni allegra, produzzjonijiet bħal Ħax-Xjuħ jagħtu eżempju eżatt ta’ din l-ideoloġija filwaqt li jibqgħu leali lejn ir-realtajiet tal-komunità li fiha hi msejsa. Hu imperattiv li Teatru Malta jibqa’ miexi f’din id-direzzjoni.

    Ħax-Xjuħ hija pantomima komika fuq stil Western għall-familja kollha. Din tiftaħ fit-12 ta’ Diċembru u tibqa’ għaddejja sal-15 ta’ Diċembru fit-Teatru Metanoia f’Ħal Luqa. Il-biljetti jiswew 5 ewro, u jistgħu jinxtraw minn www.kultura.mt. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ċempel 21220255 jew żur www.teatrumalta.org.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0