''Dan huwa l-mument li niġġieldu lura... Dan għadu biss il-bidu'' - Attivist tal-Moviment Graffitti

  • Diċ 09, 2019 17:05
  • Miktub minn iNews

    Julian Delia, attivist kbir tal-moviment mhux governattiv, il-Moviment Graffitti, fuq is-sit soċjali ta' Facebook, beda billi rringrazzja "lin-nies twajba" li llum ingħaqdu mal-Moviment biex jipprotestaw ġewwa l-bini ta' Kastilja għal madwar erba' sigħat sħaħ. Huwa rringrazzja wkoll lill-ġurnalist li "dejjem jissapportjawna". 

    Il-protesta tal-lum, bħall-protesti preċidenti, kienet qiegħda ssir bil-għan li l-Prim Ministru Joseph Muscat, jirriżenja issa u mhux fit-12 ta' Jannar 2020, wara li l-Partit Laburista jkun ħatar Mexxej tal-Partit ġdid. L-attivist kompla jgħid li dan, "mhux żmien li wieħed ipoġġi biliegħda u jistenna elezzjoni kull ħames snin... Dan huwa ż-żmien li niġġieldu lura, b'kwalunkwe mezz possibbli." Iż-żagħżugħ appella lin-nies biex iqumu u juru li l-politikanti qegħdin hemm biex iservu lin-nies u mhux lin-negozjanti. 

    "Il-ħolma tiegħi hija li npoġġi fuq in-naħa l-oħra ta' din il-mina sewda u mudlama ma' nies li għandhom qalbhom fil-post it-tajjeb u nkunu ggvernati fuq bażi ta' trasparenza, onestà, ekwità u libertà tal-espressjoni."

    Delia kkonkluda jgħid li l-protesta tal-lum "hija biss il-bidu... narawkom għat-taqbida li jmiss."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0