Il-Gozo Channel tħabbar li l-MV Nikolaos reġa ngħaqad mal-kumplament tal-flotta

  • Diċ 09, 2019 17:25
  • Miktub minn iNews

    Ftit tax-xhur ilu, l-Gozo Channel ħabbret li l-MV Nikolaos, wieħed mill-erba' vapuri li jsalpaw bejn il-fliegu Malti u Għawdxi kien ġarrab xi ħsarat wara li ħabat mal-moll konsegwenza tar-riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna. Illum il-kumpanija bi pjaċir kitbet li l-MV Nikolaos se jkun qed jerġa' jingħaqad mal-kumplament tal-flotta.

    Il-Gozo Channel kitbet li, "l-MV Nikolaos reġa' rritorna biex jissieħeb mal-flotta tal-kumpanija b'mod temporanju wara li saritlu manutenzjoni u ġie mgħammar b'rampa għall-passigieri. B'hekk dan il-vapur ser ikun joffri iktar aċċessibilità u sigurtà għall-passiġieri kollha."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0