''L-Istrina se ssir għax il-marid m'għandux ġurnata jew ħin partikolari biex jingħata l-għajnuna'' - il-President George Vella

  • Diċ 09, 2019 20:35
  • Miktub minn iNews

    Il-President George Vella u s-Sinjura Vella żaru l-Public Broadcasting Services (PBS) fejn iltaqgħu mal-Bord tad-Diretturi, il-Management u l-ħaddiema tax-xandir nazzjonali. 

    Waqt iż-żjara, ġie ffirmat ftehim bejn il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) u l-PBS biex jiġi formalizzat l-impenn li jeżisti bejn iż-żewġ naħat b’rabta mal-Istrina.  Il-ftehim bejn l-MCCFF u l-PBS ġie ffirmat minn Marlene Mizzi u Charles Dalli rispettivament.

    Iċ-Chairman tal-PBS Dott. Tonio Portughese wera sodisfazzjon għall-ftehim li ġie ffirmat u qal li x-xandir pubbliku għandu rwol fundamentali biex jeduka u jinforma lin-nies, iżda għandu wkoll rwol importanti fl-aspett soċjali

    Il-President Vella appella lill-PBS biex iwassal l-informazzjoni bl-iktar mod oġġettiv u skjett għax qal li għandu responsabilità kbira li l-messaġġ li jwassal jinfluwenza lin-nies li jsegwu l-aħbarijiet u l-programm tax-xandir nazzjonali.

    B’referenza għall-Istrina, il-President Vella qal li l-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi se ssir bħas-soltu l-għada tal-Milied, fis-26 ta’ Diċembru, u mhux se titħassar jew posposta, għax il-marid m’għandux ġurnata jew ħin partikolari biex jingħata l-għajnuna. 

    Saħaq lifejn jidħol il-mard ilkoll għandna naqblu u jkollna rieda komuni li dakinhar tal-Istrina l-poplu għandu ċans li jkun magħqud, minkejja dak li għaddej minnu l-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0