Stefano Pioli jfaħħar il-wirja tal-players ta’ Milan

  • Diċ 10, 2019 00:21
  • Miktub minn iNews

    Il-coach ta’ AC Milan, Stefano Pioli, tkellem wara r-rebħa ferm prezzjuża li kisbu barra minn darhom kontra Bologna bl-iskor ta’ 3-2. Pioli, li nħatar bħala manager tar-Rossoneri f’Ottubru li għadda minflok Marco Giampaolo, sostna li din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva u bil-mod il-mod qed iħoss li t-team ġej f’tiegħu wara bidu ferm diżastruż.

    Huwa qal li l-grupp jinsab kuntent u sodisfatt li sa fl-aħħar ir-rota bdiet iddur u l-players jinsabu determinati li jmorru dejjem aktar għall-aħjar sabiex iħallu warajhom il-bidu ħażin tagħhom. Goals ta’ Kryzstof Piatek, Theo Hernandez u Giacomo Bonaventura, irrispondew għall-auto-goal tal-istess Hernandez u għal penalty ta’ Nicola Sansone sabiex Milan ġabru tliet punti prezzjużi li jtellgħuhom fl-10 post tal-klassifika b’20 punt minn 15-il logħba.

    Finalment Pioli faħħar lil Giacomo Bonaventura li minbarra li skorja qed juri logħob pożittiv wara xhur fejn kien imweġġa’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0