Ġlied bejn il-partitarji jwassal għall-mewta traġika

  • Diċ 10, 2019 00:25
  • Miktub minn iNews

    Episodju traġiku ġara fi Stadio dall’Ara fejn kienet qed tintlagħab il-logħba bejn Bologna u Milan, partita li spiċċat b’rebħa għar-Rossoneri bl-iskor ta’ 3-2. Eżatt wara l-partita l-players ta’ Milan marru jifirħu quddiem il-partitarji tagħhom u hekk kif dawn waddbu l-flokkijiet u shorts tagħhom, żewġt irġiel qabdu jiġġieldu dwar min minnhom kien se jeħodhom. Din il-ġlieda żgħira kibret mhux ħażin u f’ħin minnhom wieħed mill-partitarji l-ewwel ta daqqa ta’ ponn u wara ħareġ mus u weġġa’ lil ieħor. Kien hawn li nqala’ paniku kbir li kompla rriżulta f’aktar inkwiet.

    Hawnhekk kellha tintervjeni l-pulizija li ppruvat tikkalma s-sitwazzjoni bl-ambulanza li ħadet lir-raġel mhux identifikat l-isptar. Minkejja kull attentat, ir-raġel ma rnexxielux jasal ħaj minħabba ġrieħi li ġarrab f’ġenbu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0