Tottenham iridu lil Edin Dzeko

  • Diċ 10, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-jiem ilu, scouts ta’ Tottenham Hotspur marru fi Stadio Bentegodi sabiex jassistu għal-logħba bejn Verona u Roma mirbuħa minn dawn tal-aħħar bl-iskor ta’ 3-1. L-għan ta’ dawn l-istess scouts kien li jaraw fl-azzjoni tliet players Giallorossi u dawn huma Edin Dzeko, Amadou Diawara u Nicolo Zaniolo li kollha qed jinteressaw lil Spurs.

    Il-coach il-ġdid José Mourinho avża lid-diriġenti tiegħu li jrid tim iktar kompetittiv u f’Jannar jixtieqhom jiċċaqalqu sabiex jaslu players ġodda li jsaħħulu l-iskwadra bl-aħjar mod possibbli.

    Dzeko għandu 33 sena u din tista’ tkun it-tieni esperjenza tiegħu fil-Premier League Ingliż wara li libes il-flokk ta’ Manchester City bejn l-2011 u l-2016.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0