It-trasferiment ta’ Christian Kouame ma’ Crystal Palace mblukkat minħabba injury

  • Diċ 10, 2019 00:35
  • Miktub minn iNews

    L-attakkant ta’ Genoa, Christian Kouame, se jkollu jibqa’ barra mil-logħob sal-aħħar ta’ dan l-istaġun wara li weġġa’ tliet ġimgħat ilu mat-tim nazzjonali tal-Ivory Coast fil-logħba li kellhom kontra l-Afrika t’Isfel.

    L-iktar ħaġa sfortunata li ġrat lil dan il-player kien il-fatt li f’Jannar li ġej kellu jingħaqad ma’ Crystal Palace fejn kollox kien miftiehem li kellu jsir bis-somma ta’ €22 miljun inkluża. Iżda għalissa minn dan kollu mhux se jsir xejn bil-player li se jkollhom jagħmel perjodu twil ta’ rijabilitazzjoni.

    Kouame għandu 22 sena u s’issa lagħab 48 logħba ma’ Genoa u skorja disa’ goals.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook