€114,057 għal familja ta' tifla ta' 10 snin li mietet f'inċident

  • Diċ 10, 2019 08:38
  • Miktub minn iNews

    Raġel li nżamm responsabbli għall-mewt ta' tifla ta' 10 snin f'inċident tat-traffiku kien ordnat jagħti lill-familja tagħha €114,057 f'kumpens.

    L-inċident kien seħħ fl-4 ta' Lulju 2010 waqt li Peter Zahra kien qed isuq Maruti Gypsy fi Triq Ħal Far, limiti ta' Birżebbuġa, waqt li kien sejjer fid-direzzjoni tal-Gudja. Miegħu kellu lil martu Pauline u lil uliedhom Lenise u Nicole Zahra.

    Il-karozza tal-familja Zahra kienet involuta f'ħabta ma' Hyundai Accent misjuqa minn Mariano D'Amato b'Nicole tmut kawża tal-inċident.

    Il-familja Zahra fetħet kawża ċivili kontra D'Amato fejn mill-provi rriżulta li dan kien qed isuq b'veloċita eċċessiva wara li kien ilu nofstanhar jixrob l-alkoħol.

    Mill-provi rriżulta wkoll li l-vettura ta' D'Amato kellha magna modifikata mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet u li kien qiegħed isuq bil-150 kilometru fis-siegħa qabel baqa' dieħel fil-vettura tal-familja Zahra.

    L-Imħallef Lawrence Mintoff ikkonkluda li l-ħabta bejn iż-żewġ vetturi seħħet tort tal-imprudenza tiegħu u għalhekk ikkundannah iħallas lill-familja l-imsemmi kumpens.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0