Theo Vella: “Kundannabbli li tintuża xi tip ta’ vjolenza fuq kull ħaddiem”

  • Diċ 10, 2019 10:13
  • Miktub minn iNews

    Jisħaq dan Theo Vella wara li suldat spiċċa bi spalltu maqlugħa waqt il-qadi ta’ dmirijietu…

    Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella saħaq li kulħadd għandu dritt jipprotesta, iżda huwa dejjem kundannabbli li tintuża xi tip ta’ vjolenza fuq kull ħaddiem. Vella qal li filwaqt li suldat daħal għax-xogħol biex jaqla’ l-għajxien għall-familja tiegħu, huwa spiċċa l-isptar minħabba li sofra ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

    Vella qal dan wara li lbieraħ filgħodu, suldat li kien għassa f’Kastilja sofra xi ġrieħi u spiċċa bi spalltu maqlugħa wara li allegatament ġie aggredit mid-dimostranti li marru jipprotestaw f’Kastilja. 

    Minn informazzjoni li għandu dan il-ġurnal jirriżulta li dan is-suldat kien għassa meta ġie allegatament imbottat minn grupp ta’ persuni li sabbtuh mal-ħajt. Konsegwenza ta’ dan, is-suldat spiċċa bi spalltu maqlugħa u kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

    Vella żied jgħid li filwaqt li jikkundannaw kull tip ta’ vjolenza, awgura fejqan ta’ malajr lis-suldat inkwistjoni. Minn naħa l-oħra, wieħed mill-attivisti li kien preżenti waqt il-protesta, Matthew Borg, sostna li s-suldat tfixkel fl-għatba u waqa’. Borg qal li, “ħadd ma aggredixxa lil ħadd anzi l-ewwel regola tagħna kienet li ma nużawx forza. L-unika forza li niftakarni nuża hija meta żammejt lil sieħbi minn id għax mill-oħra kienu qed iqaċċtuh 'il barra.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0