L-attivist ta' Moviment Graffitti jiskuża ruħu għal dak li deher li kien se jagħmel … Jinsisti li kien se jagħmel l-awrina f'bott

  • Diċ 10, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews

    “Fl-ebda ħin ma kelli intenzjoni li nisfida lil xi suldat jew li nagħmel mal-ħajt.” Hekk saħaq wieħed mill-attivisti tal-Moviment Graffitti li lbieraħ kien irrapportat li allegatament kien se jagħmel il-bżonnijiet tiegħu ma’ ħajt f’Kastilja.

    F’messaġġ fuq il-midja soċjali l-attivist qal li “qabel xejn nixtieq niskuża ruħi għal dak li dehert li kont se nagħmel u li filfatt qatt m’għamilt – appuntu npixxi mal-ħajt.”

    Żied jgħid li ripetittivament l-attivisti ma tħallewx jagħmlu użu mit-tojlit f’Kastilja biex jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu. Saħaq li għalhekk mar f’kantuniera “u kont se nħalli l-awrina fi flixkun tal-plastik.”

    Tenna li “hekk kif se nniżżel il-qalziet (minn quddiem biss, s'intendi), ġie ġibidli l-attenzjoni suldat (u l-imgħallem tiegħu), iddiskutejna u spjegali kif ikun aħjar jekk ma nagħmilx pipi fil-flixkun.”

    Tenna li wara dan huwa ntqallu biex joħroġ ’il barra “bla ċans li nerġa’ nidħol”. Tenna li huwa ma ngħatax spjegazzjoni għaliex ma kienx se jerġa’ jitħalla jerġa’ jidħol. “Finalment obdejt u m’għamiltx,” tenna l-attivist.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0