Jixhdu l-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' binthom

  • Diċ 10, 2019 14:19
  • Miktub minn iNews

    It-tieni seduta tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, se tkompli bix-xhieda tal-ġenituri ta’ Daphne Caruana Galizi, Michael u Rose Vella. Se jagħtu wkoll ix-xhieda tagħhom neputijiet u wħud mill-aħwa ta' Daphne.

    4.45 p.m.: Is-seduta ġiet aġġornata għas-27 ta’ Diċembru. Dakinhar mistennijin li jagħtu x-xhieda tagħhom ulied Daphne, Paul u Andrew, u oħtha Corinne Vella.

    4.43 p.m.: Qalet kif wra l-qtil ta’ Daphne, kienu jgħaddu karozzi minn ħdejn id-dar ta’ Daphne fil-Bidnija u jagħmlu ħsejjes ta’ splużjonijiet.

    4.39 p.m.: Irreferiet għal kumment li kien sar mill-Prim ministru Joseph Muscat qabel l-elezzjonijiet tal-2017. Qal li huwa kien qal li Malta kienet qed tiġi mtebba’ mill-Bidnija.

    4.36 p.m.: Saħqet li saret taf li Neville Gafa kien ippubblika fuq il-midja soċjali numru ta’ ritratti dwar Daphne u l-familja tagħha.

    4.33 p.m.: Tgħid li dakinhar tal-qtil ta’ Daphne, staff mediku tal-isptar Mater Dei kienu ċċelebraw meta kien ikkonfermat li Daphne kienet inqatlet b’bomba fil-karozza.

    4.32 p.m.: Amanda rreferiet għal meta lejlet l-elezzjoni tal-2013, Daphne sfat arrestata talli kisret il-liġi tas-silenzju.

    4.30 p.m.: Irreferiet għal meta l-blog tasteyourown medicine.com ingħalqet u minflok inbeda l-blog ta’ Glenn Bedingfield. Qalet li dan il-blog kemm-il darba kien jiġi aġġornat waqt il-ħin tax-xogħol tal-uffiċċji governattivi.

    4.25 p.m.: Amanda tagħmel referenza għall-blog tasteyourownmedicine.com, li nfetaħ wara li Daphne bdiet il-blog tagħha fl-2008.

    4.21 p.m.: Qalet li Daphne kienet konxja li ħajjitha kienet fil-periklu.

    4.19 p.m.: Tibda tagħti x-xhieda tagħha Amanda Mallia, oħt Daphne. Qalet li m’għandha l-ebda dubju li kieku l-istituzzjonijiet ħadmu kif mistenni allura kieku Daphne għadha ħajja.

    4.19 p.m.: Qalet kif sfat fil-mira ta’ nies hekk kif marret tagħmel fjuri fuq il-mafkar ta’ Daphne.

    4.16 p.m.: Helene tagħmel referenza għal Brian Tonna ta’ Nexia BT, u l-kumpaniji li nfetħu fil-Panama għall-eks-Ministru Konrad Mizzi u keith Schembri.

    4.14 p.m.: Helene rrferiet għal websajt anonima li nħolqot bħala risposta għall-blog ta’ Daphne. Żiedet tgħid li dan is-sit eventwalment ingħalaq u minflok inbeda blog ta’ Glenn Bedingfield.

    4.10 p.m.: Se tkompli tagħti x-xhieda helene Asciak, oħt Daphne. Qalet li l-aħħar kliem li oħtha kienet qaltilha kienu inqas minn 48 siegħa qabel inqatlet. Qalet li Daphne kienet qaltilha li kienet esponiet korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-Gvern.

    4.08 p.m.: Qalet kif darba fost l-oħrajn kienet iltaqgħet ma’ keith Schembri l-Ajruport. Saħqet li kieku ma kienx għalih kieku zijitha għadha ħajja.

    4.07 p.m.: Megan spjegat li hija wkoll kienet suġġetta għal fastidju. Qalet kif hija kienet tkun akkużata li zijietha kienet tikteb gideb dwar dak li kien jikkonċerna l-Panama Papers. Għamlet referenza għal inċident meta żewġt irġiel kienu kkonfrontaw lil nannuha meta mar jagħmel bukkett fjuri fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, li qed jintuża wkoll bħala mafkar għal Daphne.

    4.02 p.m.: Bix-xhieda ta’ Amy Mallia tiġi fi tmiemha, issa jmiss lil Megan Mallia, neputija oħra ta’ Daphne, li tkompli tagħti x-xhieda tagħha.

    3.58 p.m.: Hija spjegat kif Daphne kienet suġġetta għal attakki qliel tul ħajjitha, anke sentejn wara l-qtil tagħha.

    3.55 p.m.: Mallia qalet lill-Qorti kif kienet suġġetta ta’ fastidju. Spjegat kif Neville Gafa, impjegat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien ippubblika ritratti tagħha fuq il-midja soċjali minkejja li kienet minorenni. Hija għamlet referenza għall-mandat ta’ sekwestru fil-konfront ta’ zijitha mill-Ministru Chris Cardona u l-assistent tiegħu Joe Gerada wara li din kienet allegat li kienu marru f’burdell fil-Ġermanja.

    3.50 p.m.: Intant l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia se tkun qed tkompli, bin-neputija ta’ Daphne, Amy Mallia, se tagti x-xhieda tagħha.

    2.43 p.m.: Viżibbilment emozzjonat Michael Vella għamel referenza għall-bomba fil-karozza li qatlet lil bintu fl-2017. Qal li kieku l-awtoritajiet tal-pajjiż għamlu xogħolhom kieku Daphne llum il-ġurnata għadha ħajja. Intant il-midja ntalbet toħroġ mill-awla biex tkun tista’ tinstema’ x-xhieda ta’ membru tal-midja.

    2.41 p.m.: Żied jgħid li wara l-elezzjoni tal-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista fl-2017, l-politika l-ġdida tal-PN kienet li ma jitkellimx dwar il-korruzzjoni. Qal li dan ħalla lil Daphne bla ebda difiża quddiem stat ostili.

    2.39 p.m.: Għamel referenza għal dak li nkixef minn Daphne Project dwar sid il-bank Pilatus Ali Sadr li fetaħ libell fl-istat ta’ Arizona, fl-Istati Uniti. Qal li hija ma kinitx notifikata bih sakemm inqatlet.

    2.36 p.m.: Kompla jagħti x-xhieda tiegħu missier Daphne Michael Vella. Qal li gvernijiet suċċessivi Laburisti kienu kkaratterizzati minn soppressjoni ta’ libertà tal-espressjoni, u fastidju lil kull individwu jew organizzazzjoni meqjusa mill-partit bħala li kienet qed tinterferixxi.

    2.34 p.m.: Qalet li kieku tieħdu passi fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li kienet tirrapporta dwarhom Daphne, kieku bintha llum għadha ħajja.

    2.32 p.m.: Roseqalet li jumejn qabel inqatlet Daphne kienet żaret lill-ġenituri tagħha u dehret imħassba. Qalet li dan ġegħelha tinkwieta li bintha kienet se tkun il-vittma ta’ attakk vjolenti.

    2.27 p.m.: Qalet li darba minnhom hija kienet sofriet minn attakk pupletiku. It-tabib kien qalilha li aktarx li dan kien kaġun tal-inkwiet li kienet qed tesperjenza minħabba l-fastidju kontnwu li kienet qed tirċievi bintha. “Kont imbeżżgħa li Daphne setgħet tiġi aggredita,” qalet Rose Vella.

    2.21 p.m.: Irrakkontat kif darba minnhom waqt li kienet tinsab l-Isptar, u marret iżżurha Daphne, il-karozza ta’ bintha ġiet imblukkata u sar rapport tal-pulizija falz li hija anke kienet aggrediet lis-sewwieq tal-karozza li kienet imblukkalha l-karozza.

    2.17 p.m.: Rose Vella bdiet tagħti x-xhieda tagħha. Hija qalet li tul il-leġiżlatura preċedenti, Deputat tal-Partit Laburista kien staqsa fil-Parlament jekk kienx hemm resident fil-Bidnija li kellha l-protezzjoni tal-pulizija. Hija qalet li t-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu kienet li ħadd ma kien qed jingħata l-protezzjoni tal-Pulizija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0