Raġel li ta n-nar lil karozza pparkjata f’Ħaż-Żabbar ikkundannat erba’ snin ħabs

  • Diċ 10, 2019 15:02
  • Miktub minn iNews

    Raġel li ta n-nar lil karozza pparkjata f’Ħaż-Żabbar ġie kkundannat erba’ snin ħabs.

    Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda, b’Felice Delia ta’ 54 sena u residenti Wied il-Għajn, flimkien maż-żewġ uliedu jagħtu n-nar lil karozza ta’ familja li kienu jgħixu fl-istess trqi fejn seħħ l-inċident.

    Uliedu, wkoll wieġbu ħatja tal-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom u ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

    Il-qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma u ordnat lill-akkużati jħallsu għall-ħsara li għamlu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0