Lorin Scicluna u Francesco Fenech jingħatalhom bail

  • Diċ 10, 2019 17:57
  • Miktub minn iNews

    Żewġ suldati akkużati bi qtil razzjali ngħataw bail. Lorin Scicluna u Francesco Fenech ngħatalhom bail fuq depożitu perrsonali ta’ €30,000, garanzija personali ta’ €20,000 u bil-kundizzjoni li jibqgħu ġewwa bejn is-7.00 p.m. u is-6.00 a.m. Huma jridu wkoll jiffirmaw l-Għassa kuljum.

    Scicluna u Fenech qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse, wara li sparawlu waqt li kienu għaddejjin bil-karozza minn Ħal Far aktar kmieni din is-sena.

    Il-Prosekuzzjoni qalet li ż-żewġt irġiel qatlu lil Cisse minħabba l-kulur tal-ġilda tiegħu.

    Iż-żewġ irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom.

    Lorin Scicluna huwa assistit mill-Avukati Franco Debono u Kris Busietta, filwaqt li għal Francesco Fenech qed jidhru l-avukati Giannella de Marco u Stephen Tonna Lowell.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0