Tifel ta’ ħames snin joħroġ b’tarbija ta' 18-il xahar f’temperatura ta’ 31 grad taħt iż-żero għax inqata' d-dawl

  • Diċ 11, 2019 18:55
  • Miktub minn iNews

    Każ mhux tas-soltu ħalla lil ħafna bla kliem. Dan seħħ f’Yukon Flats fl-Alaska. Tifel ta’ ħames snin, liebes biss kalzetti u ilbies ieħor ħafif, ġarr tarbija ta’ 18 il-xahar f’temperaturi taħt iz-zero.  Hu ivvjaġġa bih  għal madwar nofs mil biex mar minn dar għal oħra.

    Jidher li t-tifel ta’ ħames snin iddeċieda li joħroġ bit-tarbija wara li nqata’ id-dawl fid-dar fejn kienu. Hu u t-tarbija ta’ 18-il xahar kienu waħidhom meta inqata’ id-dawl. Mal-qtugħ tad-dawl it-tifel beża' u hu ġarr it-tarbija lejn dar oħra.

    Immedjatament il-każ beda jiġi investigat mill-Pulizija. Meta it-tifel ivvjaġġa t-temperatura kienet ta’ 31 grad taħt iz-zero. Dan il-vjaġġ f’dawn il-kundizzjonijiet, fejn it-tfal ma kinux libsin b’mod adattat wassal biex it-tfal sofrew danni għal saħħithom. 

    It-tfal ġiet tajba li inġabru minn persuna, fejn wara li ssejħu l-Pulizija bdiet investigazzjoni fejn anke arrestaw lil min suppost kien qed jieħu ħsiebhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0