€2,000 multa talli tajjar mara fir-Rabat

  • Diċ 12, 2019 20:26
  • Miktub minn iNews

    Sewwieq li tajjar mara fir-Rabat kien immultat €2,000 wara li nżamm responsabbli tal-inċident minkejja li huwa nsista li kien tort ta' sewwieq ieħor li waqaf biex jitkellem ma' ħabib.

    Thomas Portelli kien mixli li fit-23 ta' Awwissu 2013, għall-ħabta tas-6.50 p.m. fi Triq Sant'Agatha, saq vettura b'mod traskurat u b'veloċita aktar milli jmissu, li ikkaġuna ħsara fil-vettura ta' Joseph Bugeja u li ikkaġuna ġrieħi gravi lil Diane Ciangura.

    Mill-provi rriżulta li Portelli kien għadu kemm telaq mix-xogħol u kien għaddej mit-triq b'Mini Minor meta ġie ħdejn VW Golf wieqfa li fiha kien hemm Bugeja.

    Huwa ipprova jevita l-karozza ta' Bugeja imma mhux biss laqat lilha imma anke tela fuq il-bankina fejn laqat lil Ciangura li weġġgħet gravi.

    Portelli nstab ħati ta' sewqan traskurat u li weġġa' lil Ciangura u minbarra li kien ikkundannat €2,000 multa kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur.

    Huwa appella fejn insista li kieku Bugeja ma waqafx fit-triq biex iparla ma' ħabib ma kienx iseħħ l-inċident.

    Madankollu l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera xorta ikkonkludiet li huwa messu qagħad attent u ikkonfermat il-multa anke jekk naqqsitlu l-iskwalifika għal tmien ġimgħat.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0