L-ex goalkeeper ta’ Napoli, Iezzo, jikkritika lill-partitarji

  • Diċ 15, 2019 00:11
  • Miktub minn iNews

    L-ex goalkeeper ta’ Napoli, GennaroIezzo, tkellemdwar is-sitwazzjoniattwali fil-belt tan-naħa t’isfel tal-Italja u l-bidla tal-coach li seħħet din il-ġimgħa. Hu beda biex qal li mal-ħatra ta’ Gennaro Gattuso bħala coach, il-players mistennija jkollhom rieda aqwa biex jimpressjonaw għalkemm xorta mhux se jissolvew xi problemi li hemm fil-preżent. Żgur li Gattuso se jsib quddiemu players ta’ livell u jrid ikun hu li jintegrahom flimkien fit-tentattiv li jitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika.

    Iezzo tkellem ukoll dwar l-ipokrezija ta’ ċerti partitarji Naplitani fejn qal li sa għaxart ijiem ilu kulħadd ried lil Carlo Ancelotti li jitlaq u issa jinsabu ddispjaċuti b’dak li ġara. L-ex goalkeeper ta’ 46 sena sostna li sfortunatament dejjem il-coach iħallas ta’ kollox għalkemm sostna li t-tort m’għandux jieħdu biss hu iżda anke l-club li ra s-sitwazzjoni taħrablu minn idejh speċjalment fil-każ kontra l-president tal-club li ried lill-iskwadra kollha tmur għal irtir minħabba sensiela ta’ riżultati negattiva.

    Sfortunatament id-debutt ta’ Gattuso beda fuq nota negattiva meta f’darhom Napoli sfaw megħluba minn Parma bl-iskor ta’ 2-1.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook