Olivier Giroud viċin Inter

  • Diċ 15, 2019 00:23
  • Miktub minn iNews

    Issa li Chelsea reġa’ għandhom iċ-ċans ibiegħu u jixtru l-players wara d-deċiżjoni mill-UEFA, huma se jkunu qed jaħdmu sabiex mhux biss isaħħu l-iskwadra iżda wkoll biex ineħħu xi plejers biex ikollhom fondi għal akkwisti ta’ players oħra.

    Wieħed minn dawn li mistenni jitlaq huwa proprju l-attakkant Franċiż, Olivier Giroud, li huwa rrappurtat li jinsab lest sabiex imur jilgħab ma’ Inter. L-iskorer prolifiku ta’ 33 sena jixtieq jilgħab aktar football regolari hekk kif qed jimmira li jikseb post fl-iskwadra finali ta’ Franza għall-fażi finali tal-Euro 2020.

    Min-naħa tagħhom, in-Nerazzurri ppreżentaw il-garanzija kollha meħtieġa sabiex f’Jannar li ġej jiksbu dan il-player li tant irid il-coach Antonio Conte.

    Giroud għandu esperjenza vasta fil-football internazzjonali meta lagħab ma’ Montpellier, Tours u Arsenal. Huwa libes il-flokk ta’ pajjiżu għal 97 darba u skorja 39 goal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook