“Wieħed m’għandux għalfejn juża mġiba aggressiva u lingwa oxxena biex jipprotesta” - il-Ministru Michael Farrugia

  • Diċ 15, 2019 16:59
  • Miktub minn iNews

    “Dawk kollha ta’ rieda tajba jirrikonoxxu li wieħed m’għandux għalfejn juża mġiba aggressiva u lingwa oxxena biex jipprotesta. Bħal fi kwalunkwe soċjetà ċivili oħra, l-awtoritajet lokali huma mistennija jieħdu l-passi meħtieġa kontra l-kriminalità u l-ksur tas-sigurtà biex jipproteġu kemm il-pubbliku inġenerali kif ukoll id-dimostranti u jevitaw korrimenti, attakki u sitwazzjonijiet oħra mhux ġustifikati.”

    Iddikjara dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia f’messaġġ fuq Facebook fejn qal li f’demokraziji b’saħħithom bħal f’Malta, m’hemm l-ebda dubju li kulħadd għandu d-dritt jipprotesta u juri l-opinjonijiet tiegħu u li bl-istess mod, kulħadd għandu d-dritt li jimxi u jgawdi l-Belt Kapitali jew x’imkien ieħor b’mod sigur mal-familji u t-tfal tagħhom.

    Huwa qal li kollox irid isir skont il-parametri tal-liġi u li fi kwalunkwe każ, ħadd ma għandu dritt li jipprovoka u ħadd ma għandu jaqa’ għal dik il-provokazzjoni. Huwa rrefera wkoll għal diversi inċidenti li seħħew fl-aħħar jiem, fejn xi dimostranti, għall-kuntrarju ta’ dawk ġenwini oħra, fil-fatt irrikorrew għall-vjolenza, abbuż u inċitament. 

    “Fost il-każijiet li rahom kulħadd u ġew irrappurtati wkoll fuq il-midja kien hemm: uffiċjal tal-pulizija jaqla’ daqqa ta’ ponn u uffiċjali oħra sfaw mhedda, Ministru u Segretarju Parlamentari maqbuda f’karozza barra l-Parlament imdawrin minn dimostranti li bdew jobżqu, jagħtu daqqiet ta’ ponn fuq l-istess karozza, ħsarat estensivi fuq il-karozza tal-Prim Ministru, basktijiet bl-awrina mitfugħa fuq il-membri parlamentari, dimostranti li jidħlu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u membru tal-Forzi Armati ta’ Malta li ddaħħal l-Isptar,” tenna l-Ministru Farrugia.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook