L-Avukat Ġenerali jirreaġixxi għall-attakki ta’ Delia

  • Diċ 15, 2019 18:32
  • Miktub minn iNews

    B’reazzjoni għad-diskors tal-Kap Nazzjonalista f’Birkirkara l-Avukat Ġenerali qal li l-livell ta’ ostilità ta’ dan id-diskors hu għal kollox barra minn loku f’dibattitu ċivilizzat u dan wisq iżjed meta jirreferi għall-mertu ta’ kawża pendenti.

    L-Avukat Ġenerali qal dan fi stqarrija b’referenza għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni meta ddeskriva lill-Avukat Ġenerali bħala kompliċi ma’ grupp kriminali li seraq il-kontroll tal-pajjiż.

    L-Avukat Ġenerali fisser kif dak li qal Delia jidher li sar b’referenza għal kawża pendenti li hi aġġornata għas-sentenza għal għada u li hi dwar it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jingħata kopja tar-rapport kollu tal-inkjesta maġisterjali dwar Egrant, liema talba ġiet miċħuda quddiem il-Qorti tal-ewwel istanza.

    L-Avukat Ġenerali innota li l-kawża tinsab quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u hi dwar id-deċiżjoni li filwaqt li jippubblika l-konklużjonijiet ewlenin tal-inkjesta ‘Egrant’, ma jippubblikax ir-rapport tal-inkjesta kemm biex jipproteġi l-integrità ta’ investigazzjonijiet li għadhom pendenti kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni personali u bankarja ta’ terzi msemmija fir-rapport.

    L-istqarrija temmet tinnota li l-Kap tal-Oppożizzjoni jqis li hu xieraq li jiddiskuti każijiet li huma pendenti quddiem il-Qorti fi stqarrijiet u f’laqgħat pubbliċi u f’dan il-każ li jivvilifika lill-parti l-oħra fil-kawża bħala kriminali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0