Immigrant minn kull 20 li qasmu din is-sena spiċċaw għerqu

  • Diċ 15, 2019 20:04
  • Miktub minn iNews

    Matul din is-sena bejn l-1 ta’ Jannar u l-11 ta’ Diċembru, kien hemm xejn inqas minn 743 immigrant li sabu qabarhom fl-ibħra ta’ bejn Malta u l-Libja.  Dan meta l-ammont ta’ immigrant li qasmu mir-rotta ċentrali hu ferm u inqas minn ta’ l-istess perjodu s-sena ta’ qabel.  Meta tara kemm qasmu persuni u kemm mietu, issib li wieħed minn kull għoxrin immigrant li għamel il-vjaġġ din is-sena spiċċa mgħarraq. Dan ma jinkludux allegati każi ta’ dgħajjes li kienu f’diffikulta u qatt ma nstabu traċċi tagħhom.

    L-Organizazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM) fi statistika li ħarġet qalet li bejn Jannar u l-11 ta’ Diċembru  fl-Italja daħlu 11,097 persuna mir-rotta ċentrali tal-Mediterran waqt li f’Matla waslu 3,405 persuna. L-imwiet kienu ta’ 743.  Fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, fl-Italja kienu waslu 23,122 immigrant, waqt li f’Malta daħlu 1,194 persuna.  L-imwiet s-sena li għaddiet ammontaw għal 1,306 immigrant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook