Kampjonat Premier: Floriana jkabbru l-vantaġġ

  • Diċ 15, 2019 21:31
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Sliema W........... 1

    Floriana.............. 2

    Floriana komplew jik-konvinċu u meritatment għelbu l-isfida ta’ Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk kabbru l-van­taġġ għal sitt punti fil-quċċata tal-klassifika.

    Il-Greens ħarġu qishom iljuni u fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-tielet minuta, meta minn azzjoni ta’ freekick ta’ Diego Venancio, qamet taħwida fil-kaxxa, bil-ballun jispiċċa f’saqajn TIAGO ADAN FONSECA li mill-viċin fajjar xutt fil-baxx u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-21 minuta resqu viċin li jirduppjaw  l-iskor meta Kristian Keqi serva fuq platt tal-fidda liż-żagħżugħ Jan Busuttil li kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper Taljan tal-Wanderers, Entonio Elezaj.

    Mal-ħin kompla d-do­min­ju tal-Greens u man-nofs siegħa logħob, Krisian Keqi kellu xutt minn pożizzjoni ideali salvat parzjalment minn Elezaj biex mir-rebound Tiago Adan Fonseca kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn taħt il-lasti tiġi salvata minn fuq il-linja fatali mid-difensur Serb tal-Blues, Go­ran Adamovic. 

    Fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taq­sima, il-coach Taljan ta’ Sliema Wanderers, Alfonso Greco, kien kostrett jeffet-twa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ l-attakkant Jean Paul Farrugia biex minfloku daħal jilgħab id-difensur żagħżugħ Alexander Satariano.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, is-Slimiżi ħarġu determinati li jġibu l-iskor indaqs u ma damux m’għamlu dan, hekk  kif fl-54 minuta Kurt Shaw indirizza cross fil-baxx mil-lemin li qata’ lid-difiża Furjaniża u sab lil JOHN MINTOFF li b’xamma kbira għall-goal minn taħt il-lasti kien pront tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Fid-69 minuta, Floria­na skorjaw il-goal tar-reb­ħa meta b’mod eleganti Kristian Keqi għadda tajjeb lejn iż-żagħżugħ ferm promet­tenti JAN BUSUTTIL li permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin xeħet l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    SLIEMA W.: 25-Entonio Elezaj, 5-Kurt Shaw, 7-John Mintoff, 10-Claudio Zappa (8-Mark Scerri 64), 11-Juri Cisotti, 13-Gareth Barone, 17-Peter Xuereb, 18-Edmond Agius, 23-Claudio Pani, 24-Goran Adamovic (15-Juan Cruz Gill 73), 30-Jean Paul Farrugia (3-Alexander Satariano 45) - Coach: Alfonso Greco

    FLORIANA: 12-Ini Etim Akpan, 5-Mosutapha Beye Muhamadou, 6-Enzo Ruiz, 7-Diego Venancio, 9-Kristian Keqi, 11-Brandon Paiber (16-Bradley Sciberras 85), 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Alex Cini, 30-Jan Busuttil (8-Clyde Borg 81), 99-Tiago Adan Fonseca  - Coach: Vincenzo Potenza

    REFEREE: Philip Farrugia

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Duncan Spencer

    RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

    SKORERS:T. Adan Fonseca 3, J. Busuttil 69 (F), J. Mintoff 54 (S)

    AMMONITI:G. Adamovic, C. Pani (S), B. Paiber, J. Busuttil, E. Ruiz (F)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Jan Busuttil (F)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook