Kampjonat Premier: Valletta jilħqu lil Gzira Utd fit-tieni post

  • Diċ 15, 2019 21:36
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Hamrun S.......... 0

    Valletta.............. 1

    Kellu jkun goal eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima ta’ Mario Fontanella li ta tliet punti prezzjużi lil Valletta f’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Hamrun Spartans.   

    B’din ir-rebħa l-Beltin telgħu jaqsmu t-tieni post flimkien ma’ Gzira United, b’sitt punti taħt il-leaders Floriana.

    Wara bidu kwiet kien fid-39 minuta li ġiet innotata l-ewwel azzjoni meta l-midfielder ta’ Valletta, Irakli Dzaria, ra x-xutt tiegħu mid-distanza jintemm ferm għoli.

    L-Ispartans wieġbu fit-43 minuta meta minn az­zjoni ta’ free-kick, il-ballun spiċċa f’saqajn Jorge Ailton  Soares iżda l-goalkeeper Henry Bonello kien pront jinterċetta.

    Iżda fil-45 minuta, kienu Valletta li fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ MARIO FONTANELLA li kkonkluda mill-cross insidjuż ta’ Enmy Pena Beltre.

    Fid-49 minuta, Valletta resqu viċin li jkabbru l-iskor meta Matteo Piciollo qabeż żewġ players avversarji qabel għadda taj­jeb lejn Mario Fontanella li minn taħt il-lasti għamel l-impossibbli u xeħet barra.

    Żewġ minuti wara l-is­tess  Fontanella ra lill-goalkeeper Ħamruniż barra minn postu u pprova jittanta xortih permezz ta’ xutt kważi min-nofs ground iżda l-istess Bartolo dawwar f’corner.

    L-Ispartans wieġbu mill-azzjoni li segwiet, ftit sekondi wara meta Jorge Ailton Soares avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ra lil Henry Bonello isalva f’żewġ tentattivi.

    Huma komplew jippressaw u fid-59 minuta, Clayton Failla xeħet cross lejn Wilfried Domoraud li żmarkat għal kollox kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tin-stemm għoli.

    ... u żewġ minuti biss wara, is-sostitut Ryan Darmanin kellu f’siequ l-goal tad-draw għall-Ispartans, iżda mill-viċin għamel l-impossibli u  tefa’ barra.

    HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo, 2-Alessio Capitelli, 7-Triston Caruana, 9-Jorge Ailton Soares, 10-Wilfried Domoraud, 13-Clayton Failla, 17-Nicola Leone, 20-Darren Borg (28-Ryan Darmanin 56), 22-Marco Criaco, 30-Karl Micallef, 90-Mattia Cinquini - Coach: Manuele Blasi

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 2-Jonathan Caruana, 4-Steve Borg, 10-Matteo Piciollo (14-Kyrian Nwoko 66), 16-Jean Borg, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa, 24-Rowen Muscat, 88-Irakli Dzaria, 89-Mario Fontanella (22-Nicholas Pulis 88), 92-Kevin Tulimieri (11-Shaun Dimech 66) - Coach: Darren Abdilla

    REFEREE: Ishmael Barbara

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, Luke Portelli

    RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

    SKORER:M. Fontanella 45 (V)

    AMMONITI:J. Zerafa, H. Bonello, R. Muscat, M. Piciollo, M. Fontanella (V), N. Leone (H)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Mario Fontanella (V)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0