Eugenio Corini sodisfatt wara rebħa oħra ta’ Brescia

  • Diċ 16, 2019 00:37
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif Brescia għelbu lil Lecce bl-iskor kbir ta’ 3-0, tkellem il-coach Eugenio Corini fejn ma setax jaħbi s-sodisfazzjon kbir li qed iħoss wara li kiseb it-tieni rebħa konsekuttiva sa minn meta reġa’ nħatar fit-tmexxija ta’ Le Rondinelle. Hu qal li ħarġu għall-avversarji tiegħu sa mill-bidu minħabba li riedu jieħdu rebħa akkost ta’ kollox minn dan il-konfront.

    Il-coach ta’ 49 sena qal li jinsab kuntent li reġa’ lura mal-club li beda miegħu dan l-istaġun u fuq kollox faħħar l-atteġjament tal-players tiegħu li reġgħu laqgħuh meta reġa’ daħal fil-kariga minflok Fabio Grosso.

    L-għan ewlieni ta’ Corini huwa li jsalva lit-team mill-ispettru tar-relegazzjoni u jinsab ottimist li bi ftit iktar sforz jistgħu jagħmlu dan kollu possibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0