Raġel jinstab mejjet fil-Mellieħa f’ammont sostanzjali ta’ demm

  • Diċ 16, 2019 07:58
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Ir-raġel ġie identifikat li huwa mill-Georgia u għandu 27 sena.

    AKTAR QABEL: Tard ilbieraħ filgħaxija raġel instab mejjet fil-Mellieħa f’ammonst sostanzjali ta’ demm. Il-Pulizija kienu informati dwar dan għall-ħabta tal-10.10 p.m. u minnufih marru fil-post indikat, fi Triq il-Wied ta’ Ruman.

    Fuq il-post mar ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei madankollu r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

    Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, waqa’ minn fuq ċint li jinsab fl-istess triq.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa R. Montebello li ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0