Il-Prim Ministru se jitlob li l-Inkjesta Egrant tiġi ppubblikata fl-intier tagħha bis-salvagwardji meħtieġa

  • Diċ 16, 2019 09:01
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Il-Prim Ministru għadu favur li r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant għandu jiġi ppubblikat. Fi stqarrija l-Prim Ministru saħaq li se jkun qed jitlob li l-inkjesta Egrant tiġi ppubblikata fl-intier tagħha bis-salvagwardji meħtieġa.

    L-istqarrija tkompli tgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat talab lill-Kummissarju tal-Liġijiet u l-Imħallef Emeritu Dr Antonio Mizzi biex jistudja s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali u jissuġġerixxa mod kif dan ir-rapport jista’ jiġi wkoll ippubblikat mingħajr ma jinħolqu preġudizzji fl-investigazzjonijiet u fejn jidħlu dettalji privati ta’ persuni li m’għandhomx x’jaqsmu mal-każ.

    AKTAR QABEL: Il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li ir-rapport sħiħ ta’ Egrant għandu jingħata wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Madankollu r-rapport ma jistax jiġi ppubblikat.

    Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, l-imħallef Giannino Caruana Demajo u l-Imħallef Anthony Ellul taw id-deċiżjoni dwar il-kawża li nfetħet mill-Kap tal-oppożizzjoni Adrian Delia.

    L-inkjesta u r-rapport tagħha twettqu mill-Maġistrat Aaron Bugeja wara allegazzjonijiet li Daphne Caruana Galizia kienet għamlet li mart il-Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle, kienet il-benefiċjarja tal-kumpanija Egrant.

    Ir-rapport ikkonkluda li l-ebda prova ma nstabet biex jikkonfermaw l-allegazzjonijiet ta’ Caruana Galizia.

    Il-konklużjonijiet ewlenin tar-rapport kienu ppubblikati onlajn, madankollu minħabba n-natura delikata tal-inkjesta, kien deċiż li kopja tar-rapport jingħata lill-Prim Ministru, li kien talab għall-inkjesta.

    F'kumment lill-ġurnnalisti quddiem il-Qorti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li se jmur l-Ufiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jingħata kopja tar-rapport Egrant b’mod immedjat.

    Huwa tenna wkoll li l-Avukat Ġenerali għandu wkoll jirriżenjab'mod immedjat.

    Minkejja li mar l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jiġbor immedjatament kopja tar-rapport Egrant, l-Avukat Ġenerali ma għaddhiex il-kopja tal-inkjesta lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

    L-Avukat Ġenerali għamel referenza għal sezzjoni fil-liġi li tgħid li hemm perjodu ta’ jumejn biex il-materjal imsemmi jingħaddielu.

    Intant aktar tard matul il-ġurnata l-Kap tal-Oppożizzjoni rċieva kopja tar-rapport.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0