Jiżdiedu n-numru ta' persuni f'Hong Kong li mardu bil-“Wuhan flu”

  • Jan 05, 2020 08:18
  • Miktub minn iNews

    In-numru ta’ pazjenti f’Hong Kong li mardu mill-marda misterjuża “Wuhan” issa tela’ għal 14-il persuna. Matul dan il-lejl in-numru ta’ persuni morda b’din il-marda żdiedu b’sitta, u dan wassal biex l-awtoritajiet ta’ Hong kong jattivaw livell ġdid ta’ “rispons serju” hekk kif tiżdied il-biża’ li l-marda infettuża setgħet iddaħħlet fil-belt minn persuni li kienu f’Wuhan.

    Mill-inqas 44 persuna f’Wuhan, belt fil-Punent ta’ Shanghai u li tinsab madwar 900 kilometru fit-Tramuntana ta’ Hong Kong, qed jirċievu kura għall-marda virali li għandha sintomu bħal tal-pneumonia. F’singapore, tifla Ċiniża ta’ tliet snin qed tirċievi kura għal marda li għandha l-istess karatteristiċi u li l-awtoritajiet mediċi jemmnu li oriġinat minn suq tal-laħam u l-ħaxix f’Wuhan.

    Sophia Chan Siu-chee, mill-Awtorità ta’ Hong Kong għall-Ikel u s-Saħħa, qalet li l-persuni huma mwissijin biex ma jżurux dan is-suq jew jieklu annimali selvatiċi waqt li jkunu qed jivvjaġġaw.

    Intant il-kummissjoni tas-saħħa ta’ Wuhan qalet li 11 mill-44 persuna li huma morda b’din il-marda misterjuża jinsabu f’qagħda kritika. Huma qed jirċievu kura b’mod iżolat, u 121 persuna oħrajn li kienu f’kuntatt magħhom qed jinżammu taħt osservazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0