Sitt turisti Ġermaniżi jmutu f'inċident ikrah f'resort qalb il-muntanji fl-Italja

  • Jan 05, 2020 14:00
  • Miktub minn iNews

    Sitt turisti Ġermaniżi mietu fl-inħawi ta’ ski resort fl-Italja wara li sewwieq xurban tajjar grupp ta’ persuni matul il-lejl li għadd.

    Il-grupp kien jikkonsisti minn 17-il turist li kienu qed jistennew għal xarabank fis-1.15 a.m. fir-raħal ta’ Luttach, meta s-sewwieq deher isuq il-vettura tiegħu b’veloċità eċċessiva.

    Skont il-ġurnal Corriere del Sella, 11-il persuna sfaw midrubin f’dan l-inċident, bi tlieta għadhom f’kundizzjoni serja. L-etajiet tat-turisti kienu jvarjaw bejn 20 u 25 sena.

    Il-midja lokali qed tirrapporta li s-sitt vittmi mietu fuq il-post.

    Is-sewwieq ta’ 28 sena, allegatament instab li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol meta l-Pulizija waslu fuq il-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0