“Ir-risposta tal-Iran kontra l-Istati Uniti se tkun militari”

  • Jan 05, 2020 19:10
  • Miktub minn iNews

    Il-konsulent militari għall-Mexxej Suprem Iranjan qal li r-risposta ta’ Tehran għall-qtil ta’ wieħed mill-aktar ġenerali influwenti Iranjani f’attakk mill-ajru li twettaq mill-Istati Uniti se jkun ċertament wieħed militari.

    F’intervista esklussiva mas-CNN f’Tehran, il-Maġġur Ġeneral Hossein Dehghan għamel l-altar theddida speċifika u diretta li saret minn uffiċjal għoli Iranjan wara l-qtil tal-Ġeneral Qasem Soleimani.

    Dehghan qal li l-Iran se jkun qed jirritalja kontra siti militari tal-Istati Uniti.

    Dehghan huwa eks-Ministru għad-Difiża u attwalment qed jokkipa l-kariga ta’ konsulent għall-Ayatollah Ali Khamenei. Huwa qal li tali aġir se jkun qed jitwettaq direttament mill-Iran u mhux mill-milizji alleati tagħha fir-reġjun.

    Huwa qal “l-Istati Uniti, is-Sur Trump, ħadu azzjoni diretta fil-konfront tagħna – allura aħna se nieħdu azzjoni diretta fil-konfront tal-Istati Uniti.”

    L-Istati Uniti għandha preżenza militari li kulma jmur qed tkompli tikber fir-reġjun. Eluf ta’ truppi Amerikani intbagħtu fl-Arabja Sawdita, u attwalment hemm mal-5,000 suldat ieħor f’bażijiet fl-Iraq. L-Istati Umiti għandha wkoll bażi tal-ajru sinjifikanti fil-Qatar u preżenza marittima fil-Bahrain. Dan apparti truppi stazzjonati fil-ordan, il-Kuwajt u l-Emirati Għarab Magħqudin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0