Ir-raħal Sirjan fejn hemm aktar qtates milli nies

  • Jan 05, 2020 19:29
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Wara xhur ta’ attakki bil-bombi mill-qawwiet Sirjani u anke dawk Russi, ir-raħalta’ Kafr Nabl, li hu l-aħħarprovinċja kkontrollata mir-ribelli fis-Sirja, spiċċa jilqa’ fihaktar qtates milli nies.In-nies u l-qtates draw jgħixu flimkien, sal-punt li bħal donnhom qegħdin jagħtu l-wens lil xulxin. Fil-fatt, f’dokumentarju li għamlu l-BBC, dawn jirrakkontaw l-istorja ta’ Salah Jaar li filwaqtli jibqa’ beżgħan minn xi at-takk mill-ajru, fl-istess waqtbiex jagħtuh il-wens għandudiversi qtates li wkoll humambeżżgħin bħalu u għalhekkil-ħin kollu jduru miegħu.

    Salah iħossu aħjar meta jkollu l-qtates qrib tiegħu ujistqarr li dan jgħinu biexjibża’ inqas mill-bumbarda-menti, mit-twaqqigħ tal-biniuanke mis-sofferenzi li jħoss.

    Qabel l-attakki, f’dan ir-raħal kienu jgħixu aktar minn 40,000 persuna. Madankollu, illum il-ġurnata għad fadal biss mal-mitt persuna, filwaqt li hemm mijiet (jekk mhux eluf) ta’ qtates. Salah jispjega li peress li telqu ħafna nies mir-raħal, il-popolazzjoni ċkienet sew. Madankollu, jgħid li l-qtates għandhom bżonn lil min jieħu ħsiebhom u jagħtihom l-ikel u l-ilma. Għalhekk, jispjega lidawn sabu kenn fid-djar ta’dawk li baqgħu jgħixu f’dan ir-raħal. Minħabba f’hekk, f’kull dar hemm mal-15-il qat-tus jekk mhux aktar. Salah jirrapporta l- aħbarijiet għal stazzjon tar-radju lokali, Fresh FM. Dan minkejja li l-istudjos fejn kien jaħdmu l-programmi spiċċaw meqrudin minn attakki riċenti mill-ajru. B’xorti tajba l-op-erat tal-istazzjon tar-radju kien leħaq mexa lejn raħal ieħor u allura setgħu jkomplu jaħdmu.

    L-istazzjon tar-radju, likien ixandar minn program-mi, aħbarijiet u anke twissi-jiet ta’ attakki mill-ajru, kien popolari kemm man-nies, kif ukoll mal-qtates. Fil-fatt, kienu bosta dawk il-qtates li jgħixu fil-bini tal-istazzjon u l-istess fundatur tal-istazzjoni, Raed Fares kien anke alloka flus apposta biex minnhom jixtru l-ħalib u l-ġobon għall-qtates. Fares spiċċa nqatel f’Novembru tal-2018 minn qattiela Iżlamiċi. Fil-bini tal-istazzjon tar-radju kienu jitwieldu ħafna qtates. Uħud minnhom kell-hom anke ċerta rabta man-nies.

    Salah jirrakkonta li kien hemm qattusa bajda bit-tikek kannella li kienet tħobb ħafna lil Raed. Kienet tmur kullim-kien miegħu u anke torqod ħdejh. Fir-raħal, il-qtates iduru man-nies u joqogħdu jingħu. Uħud bil-mod, filwaqt li oħrajn b’disperazzjoni. Ġieli jkun hemm gruppi ta’ 20 jew 30 qattus jimxu man-nies u jibqgħu jduru magħhom anke xħin jaslu fid-djar tagħhom. Iżda dawn il-qtates mhumiex l-unika komunità li tgħix f’dan ir-raħal. Matul il-lejl jinstema’ l-inbiħ tal-klieb, li wkoll hemm diversi minnhom jiġġerrew mat-toroq. Imġewħin u bla post fejn jorqdu, il-klieb iduru mat-toroq biex isibu l-ikel u għalhekk jispiċċaw f’kunflitt mal-qtates.

    Minkejja li hemm ħafna aktar qtates milli klieb, dawn spiss jispiċċaw f’konfrontazzjoni.Minħabba l-attakki kon-tinwi, diversi qtates jispiċċaw imweġġgħin, l-istess bħan-nies. Minkejja li hemm nuqqas ta’ mediċini, xorta jsir sforz biex jiġu kkurati. Fuq kollox, l-attakki li fnew lil dan ir-raħal wasslu biex in-nies u l-qtates jibnu relazzjoni b’saħħitha bejni-ethom, tant li Salah jgħid li jekk iċ-ċirkostanzi jġegħluh li jkollu jitlaq minn dan ir-raħal, hu bi ħsiebu jieħu ħafna minn dawn il-qtates miegħu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0