It-tifel tal-gażaża li seraq il-qlub ... Ingħata midalja wara li spiċċa bla missier kawża tan-nirien fl-Awstralja

  • Jan 06, 2020 10:33
  • Miktub minn iNews

    Tifel ta’ 19-il xahar ġie onorat b’midalja wara li spiċċa bla missier kawża tal-katastrofi li għaddejja fl-Awstralja. Ir-ritratt tiegħu bil-gażaża hu u jirċievi l-midalja mingħand il-kmandant tal-pumpiera fl-Awstralja spiċċa jdur mal-erbat irjieħ tad-dinja. Fir-ritratt iċ-ċkejken innoċenti jidher liebes uniformi hekk kif sellem il-memorja tal-għażiż missieru.

    Missieru, Geoffey Keaton miet fl-età ta’ 32 sena flimkien mal-kollega tiegħu Andrew O’Dwyer ta’ 36 sena fid-19 ta’ Diċembru li għadda. Huma mietu f’inċident sfortunat wara li spiċċaw mgħaffġin taħt siġra li ċediet kawża tal-istess ħruq madwar mitt Kilometru minn Melbourne.

    Minn Settemrbu ‘l hawn tilfu ħajjithom 24 persuna, aktar minn 1,500 residenza nqerdu min-nirien. 

    Intant, minkejja jiem ta’ xita fil-pajjiż, l-awtoritajiet jinsabu maħsudin b’din is-sitwazzjoni tant li qed ibassru ġlieda qalila li tkompli mill-Ħamis hekk kif it-temperatura mistennija terġa’ togħla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0