Tagħmel suwiċidju għax kienet taħseb li mhix tajba biżżejjed jekk ma jkollhiex biżżejjed likes

  • Jan 10, 2020 18:24
  • Miktub minn iNews

    Tfajla ta’ 19-il sena ħasdet lill-familja tagħha wara li sabuha bla ħajja fir-residenza tagħhom f’County Durham fl-20 ta’ Diċembru li għadda.

    F’kummenti lill-midja barranija, oħt il-vittma qalet li Chloe ma kinitx biss oħtha, iżda l-akbar ħabiba li kellha.

    Hija spjegat li l-vittma kienet dik it-tip ta’ persuna li qabel ixxerred ritratt fuq Facebook kienet tieħu l-parir tagħha u wara titlob lill-familja kollha tagħmlilha like fuq ir-ritratt. It-tfajla kienet temmen li qatt mhi se tkun tajba biżżejjed jekk ma tilħaqx ċertu ammont ta’ likes u jekk ma tilħaqx ċertu ammont ta’ likes kienet tħoss li mhix aċċettata fis-soċjetà.

    Għalkemm ma tatx il-ħtija kollha lill-midja soċjali, oħtha Jade qalet li l-vittma kienet toħodha bi kbira wisq li xi ħadd jgħaddilha kummenti negattivi u li mhux l-ewwel darba li spiċċat ħażin moralment wara xi kummenti li ġieli rċeviet.

    Oħt il-vittma qalet li ma jaslu qatt jaċċettaw din it-telfa u li għalihom qatt mhu se jasal il-Milied. Hija temmet tappella biex il-persuni jieqfu jgħixu l-ħajja sabiħa għal wiċċ in-nies u biex dawk li jgħixu ma’ dawn it-tip ta’ persuni sensittivi jgħinuhom qabel ikun tard wisq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0