$750 miljun f’kumpens biex allegati abbużi sesswali minn qassisin ma jispiċċawx fil-qrati

  • Jan 12, 2020 14:51
  • Miktub minn iNews

    Rapporti li nħarġu fl-Istati Uniti qed jallegaw kif il-Knisja Kattolika ħbiet każijeit ta’ abbużi sesswali minn qassisin.  Issemmew każijiet fejn familji kienu intimidati jew inkella bdew iħossuhom jistħu u għalhekk waqgħu fis-silenzju.  Ġara iżda li imbagħad fis-snin tmenin u disgħin u wara, għadd ta’ vittmi bdew jersqu ‘l quddiem u jirrappurtaw dak li għaddew minnu.  Huma anke bdew jiftħu proċeduri legali għal kumpens. 

    Ir-rapporti li nħarġu jgħidu li mexxejja tal-Knisja Kattolika madwar il-pajjiż, żammew ħafna mill-każijiet mistura u dan billi ftehim b’kumpensi mal-vittmi barra mill-qorti.  Talli kienu jagħtu dawn il-kumpensi, il-vittmi kienu jintalbu li ma jitkellmu qatt fil-pubbliku dwar dak li jkunu għaddew minnu. 

    Qed ikun allegat li djoċesi fl-Istati Uniti ħallsu  madwar $750 miljun bejn il-bidu tas-snin tmenin u s-sena 2002 f’kumpens biex ma jinfetħux proċeduri legali. Dan ingħad minn BishopAccountability.org, organizazzjoni li tirreġistra l-abbużi sesswali minn membri tal-kleru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0