Il-GWU se titlob laqgħa immedjata ma' Abela

  • Jan 13, 2020 08:36
  • Miktub minn iNews

    Il-GWU se titlob laqgħa immedjata mal-mexxej ġdid tal-PL Robert Abela ħalli jiddiskutu miegħu temi ta' interess nazzjonali.

    Waqt li feraħ lil Abela għall-ħatra tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja irrimarka ma' dan il-ġurnal li l-unjin trid li issa nħarsu 'l quddiem u ż-żewġ naħat jaħdmu fuq dawk l-oqsma li diġa iddiskutew bejniethom kemm matul din il-kampanja elettorali kif ukoll qabel.

    Fost it-temi li l-GWU trid li jiġu indirizzati minn Abela hemm ir-rijabilitazzjoni ta' isem Malta u r-riformi dwar governanza tajba, kontabilita, trasparenza u 'rule of law'.

    Il-GWU trid ukoll li tara li jitwettqu żewġ proposti tagħha li magħhom qabel Abela jiġifieri l-ħlas ugwali għall-istess xogħol u s-sħubija awtomatika f'unjin tal-għażla tal-ħaddiem.

    Bugeja żied li l-unjin qed tħares 'il quddiem biex flimkien mal-prim ministru l-ġdid tkompli taħdem għall-ġid tal-ħaddiema u l-pajjiż.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0