Robert Musumeci: “Abela se jgħaqqad in-nies”

  • Jan 13, 2020 12:51
  • Miktub minn iNews

    L-avukat u perit Robert Musumeci esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-Prim Ministru u Mexxej Laburista ġdid Robert Abela se jgħaqqad lin-nies.

    F'sensiela ta' rimarki wara li Abela ntagħżel mexxej tal-PL, Musumeci sostna li l-attakki fuq Abela għax avukat li jaħdem u jitħallas ta' xogħlu ma ħadmux kif riedu min għamel l-attakki imma bil-maqlub u iddeskriva dan bħala messaġġ ieħor qawwi kontra min irid jiżra l-għira.

    Huwa sostna li Abela rebaħ għax irnexxielu jindirizza l-udjenza li kellu quddiemu.

    “Inutli mmur nieħu 'lesson' tal-'wine tasting' jekk ma nħobbx l-inbid. Inuti nitkellem bl-Ingliż jekk ta' quddiemi jippreferi l-Malti. Inutli teħodni f'restorant 'five star' jekk nippreferi 'hamburger' u 'chips'”, huwa irrimarka fost oħrajn.

    Musumeci sostna huwa konvint li Robert Abela huwa raġel bħal missieru u se jgħaqqad in-nies.

    Huwa appella wkoll lill-Prim Ministru l-ġdid biex jimxi b'politika ta' unita fis-sens li l-pajjiż jimxi flimkien kontra l-mibgħeda.

    Sadanittant, huwa irrefera għall-kitba ma' ħajt li iddeskriviet lil Abela bħala 'bump in the road' u kliem dispreġġjattiv ieħor bħala eżempju ta' mibgħeda minn “dawk li jarawna bħala nies tat-tieni klassi u imbeċilli”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0