Il-GWU tifraħ u tawgura lill-Prim Ministru Robert Abela

  • Jan 13, 2020 13:35
  • Miktub minn iNews

    L-Amministrazzjoni tal-General Workers Union, f’isem il-membri kollha tagħha, ferħet lil Robert Abela għall-ħatra tiegħu bħala mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta. Dan filwaqt li awguratlu snin ta’ ħidma għall-ġid tal-poplu Malti kollu. Fl-istess waqt, il-GWU qalet li se tkompli tħares ’il quddiem għat-tisħiħ tal-koperazzjoni li dejjem żammet b’risq il-ħaddiema ma’ diversi oqsma tal-Gvern.

    Il-General Workers Union żiedet issostni li temmen li Abela għandu l-kwalitajiet kollha meħtieġa biex jgħaqqad lill-pajjiż u kif diġà stqarr fl-ewwel diskors tiegħu, għandu jpoġġi l-interessi tal-ħaddiema fuq nett tal-aġenda soċjali tal-Gvern iffurmat minnu.

    Il-GWU żiedet tgħid li f’dan il-kuntest, tesprimi s-sodisfazzjon tagħha għall-impenn tal-Prim Ministru l-ġdid li jwettaq fil-prattika l-prinċipju ta’ ħlas indaqs lill-ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol u b’hekk titrażżan kemm jista’ jkun kull diskriminazzjoni li għadha teżisti f’ċerti postijiet tax-xogħol.

    Qalet li filwaqt li tifhem ir-responsabbilta u l-impenn li ġġorr magħha l-ogħla kariga fit-tmexxija tal-pajjiż u f’dan is-sens il-ħidma iebsa li l-Prim Ministru se jkollu quddiemu fis-snin li ġejjin, tħossha konvinta li Abela kif wiegħed li se jagħmel, se jkompli jibni fuq il-miżuri tal-Prim Ministru preċedenti lejn aktar tat-tisħiħ ekonomiku li mhux biss iwassal għal aktar impjiegi ta’ kwalità fil-pajjiż imma wkoll li jkattar il-ġid li minnu jgawdi l-poplu kollu.

    Il-GWU tenniet tħeġġeġ ukoll lill-Gvern li dalwaqt se jkun iffurmat sabiex ikattar ħidmietu favur il-batuti u dawk li jifilħu l-inqas fis-soċjetà, partikolarment il-pensjonanti u l-persuni b’diżabilita sabiex dawn ikollhom ħajja diċenti bħall-kumplament tas-soċjetà. Il-GWU qalet li għaldaqstant hija kommessa li tkompli tappoġġja lill-Gvern fit-twettiq ta’ miżuri bħalma huma dawn.

    Il-General Workers Union temmet tgħid li bħala wieħed mill-imsieħba soċjali ewlenin fil-pajjiż, temmen li għandha ħafna x’tikkontribwixxi u lesta li tgħin fejn meħtieġ, tant hu hekk li malli jiġi ffurmat il-Gvern, il-GWU se titlob laqgħa immedjata mal-Prim Ministru Abela dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0