AĠĠORNAT: “Qatt ma kelli l-ebda uffiċju, l-ebda desk la fir-raba’ sular u lanqas f’sular ieħor fil-kwartieri tal-PL”

  • Jan 13, 2020 14:42
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif qed tkompli l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-ewwel xhud fis-seduta huwa l-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit. 

    15.25: Mistoqsi dwar l-eks Kap Eżekuttiv tal-PL, James Piscopo, qabel l-2013, huwa qal li ġieli kien hemm ċirkostanzi fejn is-Sur Piscopo kien ikun hemm preżenti għal-laqgħat li kienu jsiru mal-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, jiġifieri Joseph Muscat. Chetcuti qal li huwa kien aktar jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizjoni milli mas-CEO.

    Jason Azzopardi staqsa lix-xhud jekk jafx li matul il-kampanja elettorali tal-PL tal-2013 parti sostanzjali tal-flus minfuqa ġew grazzi għal dawk il-laqgħat ta’ ċertu kuntratturi ma’ Joseph Muscat.

    Ix-xhud wieġeb: “Iva naf li ħafna min-nies li kont inlaqqagħhom ma’ Dr Muscat kienu xtaqu jikkontribwixxu meta kien ikun hemm maratona ġbir ta’ fondi.”

    Azzopardi żied jistaqsi jekk jafx b’donazzjoni ta’ €1 miljun, b'Chetcuti jwieġeb “użgur li le”.

    Azzopardi żied jistaqsi lil chetcuti jekk jafx b’donazzjoni ta’ imprenditur marbuta ma’ proġett kapitali, b'Chetcuti għal darb'oħra jwieġeb le.

    15.07: Qal li huwa kien ilaqqa’ nies min-negozju lil Joseph Muscat meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni u dan kien isir fuq talba tal-istess Muscat. Mistoqsi jekk fost il-laqgħat li kienu jsiru kienx hemm Yorgen Fenech jew xi ħadd familjari tiegħu, ix-xhud wieġeb li le. Mistoqsi dwar Keith Schembri, huwa qal li sar jafu wara l-elezzjoni tal-2013 u li qatt qabel ma kien ikun preżenti għal xi laqgħat li kienu jsiru.

    15.04: Issa jmiss biex jixhed il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi Sandro Chetcuti. Qal li “malli smajt ir-rapport ta’ x’kien qed jintqal li kelli uffiċċju fir-raba’ sular tal-kwartieri tal-Partit Laburista, stqarrejt b’affidavit li jiena qatt ma kelli l-ebda uffiċju, l-ebda desk la fir-raba’ sular u lanqas f’sular ieħor fil-kwartieri tal-PL.”

    14.56: L-avukat Jason Azzopardi li qed jidher għall-familja Caruana Galizia, staqsa lil Zammit dwar l-inċident li kien jinvolvi lix-xufier tal-eks-Ministru Manuel Mallia, fejn kienu ġew sparati tiri. Dlonk intervjena l-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino fejn staqsa jekk din il-mistoqsija kellhiex ta’ rilevanza għall-inkjesta, bil-mistoqsija tiġi eventwalment miċħuda.

    14.47: L-ewwel xhud fis-seduta tal-lum huwa l-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit. Huwa qal li serva fil-kariga fil-perjodu ta’ bejn Lulju u Diċembru tal-2014. Huwa qal li kienu jsiru patrols frekwenti fl-inħawi tal-Bidnija. Qal li dak li jiftakar fuq Daphne Caruana Galizia jmur lura ‘l fuq minn 10 snin.

    “Dak iż-żmien naf li kellha fixed point magħha u darba minnhom kont irċevejt struzzjonijiet biex immur ninfurmaha li l-fixed point kienet se tieqaf.” Qal li hekk kif mar ikellimha u wasal fejn id-dar tagħha, kien fetaħ ir-raġel tagħha, Peter, li dan għarrfu li ma kienx hemm għalfejn ikellimha u li seta’ jgħid lilu. Qal li r-raġel tagħha baqa’ jinsisti miegħu biex jgħid lilu u sussegwentement spjegalu dwar il-fixed point. Però tenna li l-istruzzjoni kienet li jibqa’ jkun hemm patrol mar-residenza tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0