€57.4 miljun surplus bejn Lulju u Settembru 2018

  • Jan 13, 2020 19:52
  • Miktub minn iNews

    Bejn Lulju u Settembru li għadda l-pajjiż għamel surplus ta' €57.4 miljun madankollu dan kien ifisser tnaqqis fuq is-surplus reġistrat fl-istess perjodu tas-sena ta' qabel li kien laħaq il-€112.8 miljun.

    Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li bejn Lulju u Settembru 2019 il-Gvern daħħal €1,215.7 miljun, tnaqqis ta' €3.6 miljun fuq l-istess perjodu tal-2018.

    Fir-rigward tal-ħruġ, l-istatistika turi li fit-tliet xhur imsemmija tal-2019 il-Gvern ħareġ €1,158.3 miljun, żieda ta' €51.8 miljun fuq l-istess tliet xhur tal-2018.

    L-istatistika turi wkoll li sal-aħħar ta' Settembru id-dejn ġenerali tal-Gvern kien ta' €5,614.9 miljun, żieda ta' €71.3 miljun fuq l-istess xahar tal-2018 mentri d-dejn garantit kien ta' €1069.9 miljun, żieda ta' €14 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0