“Dħalt fil-politika biex ngħin lin-nies u hekk se nkompli nagħmel”

  • Jan 13, 2020 21:27
  • Miktub minn iNews

    “Dħalt fil-politika biex ngħin lin-nies u hekk se nkompli nagħmel”. Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela fl-ewwel messaġġ tiegħu lin-nazzjon wara li aktar kmieni llum ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ Malta.

    Il-Prim Ministru Abel tenna li l-pajjiż irid jibqa’ miexi ’l quddiem. Dan filwaqt li qal li jrid jaċċerta li l-ġid jilħaq lil kulħadd.

    Fil-messaġġ tiegħu spikka l-element ta’ għaqda, bil-Prim Ministru Abela jisħaq li “aħna lkoll aħwa Maltin u Għawdxin”. Għal aktar minn darba l-Prim Ministru emfasizza l-ħtieġa tal-istabbiltà u s-serħan il-moħħ, u tenna li huwa se jkun qed jagħti dan lill-poplu.

    Huwa emfasizza l-aspetti ta’ ġustizzja soċjali li fuqhom se tkun imsejsa l-politika tal-Gvern. Dan filwaqt li qal li jrid li “ħadd ma jitħalla jaqa’ lura fis-soċjetà”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook