Kampjonat Premier: Gzira United jaqbżu fit-tieni pożizzjoni

  • Jan 13, 2020 22:00
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Hamrun S. .. 0

    Gzira U........ 3

    Gzira United irritornaw għar-rebħ meta  għel­bu l-isfida ta’ Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk telgħu fit-tieni post tal-klassifika u naqqsu d-distakk għal tliet punti fil-konfront tal-leaders Floriana.

    Huma fetħu l-iskor pro­prju fl-ewwel azzjoni pe­rikoluża, fis-17-il minuta, meta  l-ex Ħamruniż, Wilfried Domoraud, xeħet cross preċiż  lejn HAMED KONE, li b’daqqa ta’ ras mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka.

    L-Ispartans wieġbu fil-35 minuta meta Jorge Ailton Soares approfitta minn żball tad-difensur, Rodolfo Soares, li avvanza tajjeb iżda sab lill-goalkeeper ta’ Gżira, Justin Haber, attent hekk kif ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu.

    Mill-azzjoni li segwiet, sekondi biss wara, il-Maroons kienu għoddhom irduppjaw l-iskor meta Sacha Borg indirizza cross preċiż lejn il-captain, Andrew Cohen, li ttanta xortih permezz ta’ daqqa ta’ ras insidjuża minn taħt il-lasti biex ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Ħamrun, Manuel Bartolo, li dawwar f’corner.

    Il-Gżirjani komplew jattakkaw u f’kontrattakk veloċi, Amadou Samb xe­ħet cross fil-baxx lejn Wilfried Domoraud li wiċċ imb’wiċċ ma’ Manuel Bartolo, tefa’ ftit għoli.  

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jiksbu d-draw meta fid-49 minuta, free-kick insidjuż ta’  Clayton Failla stampa mal-mimduda.

    Il-Maroons wieġbu fis-57 minuta meta Amadou Samb dar tajjeb ma’ Manuel Bartolo, indirizza l-ballun lejn il-lasta, iżda pront kien Darren Borg li salva l-ballun minn fuq il-linja fatali.

    Iżda t-tieni goal għal­i-hom kellu jasal 11-il minuta wara, meta Hamed Kone pprovda l-assist lil MARTIN DAVIS, li mill-viċin ma żbaljax.

    Fit-82 minuta,  huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal meta Hamed Kone qabeż lil Manuel Bartolo, xeħet cross għan-nofs lejn WILFRIED DOMORAUD, li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin, ikkonkluda fix-xibka.

    HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo, 3-Alessio Capitelli, 7-André Scicluna (14-Conor Borg 66), 9-Jorge Ailton Soares, 13-Clayton Failla (25-Miguel Tabone 81), 16-Matthew Gauci, 17-Nicola Leone, 18-Cain Cutajar (8-Christopher Galea 78), 20-Darren Borg, 30-Karl Micallef, 90-Mattia Cinquinio - Coach: Manuele Blasi

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 5-Gianmarco Conti, 6-Nikolai Muscat, 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares, 10-Andrew Cohen (91-Martin Davis 61), 11-Juan Corbalan, 21-Hamed Kone (9-Luca Brincat 84), 26-Sacha Borg, 77-Amadou Samb, 94-Wilfried Domoraud (19-Christian Sammut 88) - Coach: Giovanni Tedesco

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Theodore Zammit

    RABA’ UFF: Alan Mario Sant

    SKORERS:H. Kone 17, M. Davis 68, W. Domoraud 82 (GU)

    AMMONITI:J. C. Corbalan, S. Borg, R. Soares, H. Kone (GU), M. Cinquini, A. Scicluna (HS)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Hamed Kone (GU)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0