Barcelona jkeċċu lil Ernesto Valverde

  • Jan 14, 2020 00:10
  • Miktub minn iNews

    Tard it-Tnejn filgħaxija Barcelona ħabbru li keċċew lill-coach, Ernesto Valverde, minkejja li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat Spanjol kif ukoll fl-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.

    Din hija l-ewwel darba fi 17-il sena li l-Katalani keċċew coach f’nofs staġun. Il-fatt li ġie mkeċċi huwa li huma sfaw eliminati fis-semi-finali tas-Super Cup Spanjola minn Aletico Madrid.

    Fi stqarrija, il-club irringrazzja s-servizzi ta’ Valverde li mexxihom għar-rebħ ta’ żewġ kampjonati (2017-18, 2018-19), it-Tazza Spanjola (2017-18) u s-Super Cup (2018). Minn 125 logħbiet, ir-rekord kien dak ta’ 97 rebħa, 32 draw u 16-il telfa.

    Il-post tiegħu ttieħed mill-ex coach ta’ Real Betis, Quique Setien, li sa ftit ġimgħa ilu kien qed jiġi kunsidrat minn Watford. Il-kandidati ewlenin li setgħu jieħdu post Valverde kienu t-Taljan Massimiliano Allegri u l-Arġentin Mauricio Pochettino.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0