It-team nazzjonali tan-nisa f’partiti ta’ ħbiberija din il-ġimgħa

  • Jan 14, 2020 00:17
  • Miktub minn iNews

    It-team nazzjonali tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt matul din il-ġimgħa se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Isvizzera u t-Turkija, fis-Centenary Stadium.

    Il-coach nazzjonali għażel skwadra ta’ 21 player għal dawn iż-żewġ logħbiet li se jagħtu stampa ċara dwar il-progress tat-team.

    Fl-ewwel partita, Malta se tiffaċċja lill-Isvizzera, team li jinsab irrankjat fid-19-il post filwaqt li fit-tieni waħda, huma se jilagħbu kontra t-Turkija, li jinsabu fid-69 pożizzjoni. Iż-żewġ pajjiżi bħalissa qed jagħmlu training camp f’Malta.

    Skond Mark Gatt, dawn iż-żewġ logħbiet se jkunu testijiet importanti għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp B tal-Kampjonat Ewropew 2021,  f’Marzu kontra Georgia u l-Bosnja li se jintlagħbu f’pajjiżna. 

    Għal dawn iż-żewġ partiti ta’ ħbiberija Gatt jista’ jilgħab lil dawk il-players li ħadu sehem fil-partiti li saru fis-sena 2019 u dawn jinkludu wkoll lil Nicole Sciberras ta’ Juventus, Shona Zammit ta’ Pink Bari, Martina Borg ta’ Sassari Torres, Ylenia Carabott ta’ Chievo Fortitudo Mozzecane.

    Player li ġiet magħżula għall-ewwel darba hi Sydney Schembri li għandha 22 sena u li tilgħab fl-Istati Uniti ma’ Xavier Women’s Soccer fejn kienet involuta f’tournament prestiġjuż matul is-sena l-oħra. Din il-kompetizzjoni hi waħda ferm prestiġjuża fl-Amerika ta’ Fuq.

    L-iskwadra msejħa hija:

    Goalkeepers: Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur); Patricia Ebejer (Mgarr United).

    Difensuri: Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Alishia Sultana (kollha Birkirkara); Nicole Sciberras (Juventus, Italja); Rebecca Bajada (Mgarr United); Charlene Zammit (Swieqi United).

    Midfielders: Brenda Borg, Claudette Xuereb (kollha Mgarr United); Gabriella Zahra, Veronique Mifsud (kollha Birkirkara); Jade Flask, Dorianne Theuma, Simone Buttigieg (kollha Swieqi United); Sydney Schembri (Xavier Women’s Soccer, Stati Uniti); Shona Zammit (Pink Bari, Italja).

    Attakkanti: Martina Borg (Sassari Torres, Italja); Haley Bugeja (Mgarr United); Ylenia Carabott (Chievo Fortitudo, Italja).

    Malta tilgħab illum kontra l-Isvizzera, fis-6.30 pm, filwaqt li nhar il-Ġimgħa tilgħab kontra t-Turkija fit-3.00 pm.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook