Arsenal interessanti f’Hakan Calhanoglu

  • Jan 14, 2020 00:22
  • Miktub minn iNews

    Arsenal għamlu kuntatt ma’ AC Milan dwar il-midfielder Tork Hakan Calhanoglu. Fil-fatt il-Gunners jixtiequ jiksbu lil dan il-player b’self sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Kemm ilu li nħatar bħala coach ta’ Arsenal, Mikel Arteta jixtieq li jkun hemm rivoluzzjoni ta’ players fejn l-għan hu li l-club isalva xi ħaġa minn dan l-istaġun li s’issa kien wieħed ferm diżappuntanti.

    Wieħed irid jara jekk Milan humiex lesti jaċċettaw din l-offerta hekk kif huwa fatt magħruf li l-club qed jipprova jħallas xi ftit mid-dejn li akkumulaw matul is-snin. Dawn tal-aħħar iktar jixtiequ jbiegħu milli jagħtu b’self u mhux jarawha bħala idea ħażina li jċedu lill-ex player ta’ Bayer Leverkusen li xejn ma mpressjona kemm ilu jilgħab mar-Rossoneri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0