Wara Diego Demme, jasal ukoll Stanislav Lobotka għal Napoli

  • Jan 14, 2020 00:27
  • Miktub minn iNews

    Wara li Diego Demme ingħaqad uffiċjalment ma’ Napoli, fis-sigħat li ġejjin il-player Slovakk Stanislav Lobotka se jsir ukoll player tal-Partenopei. Il-ftehim bejn l-ex club tiegħu Celta Vigo u t-team min-naħa t’isfel tal-Italja għal €20 miljun seħħ b’mod immedjat tant li l-player ta’ 25 sena wasal fl-ajruport ta’ Fiumicino it-Tnejn fil-għaxija. Wara huwa għamel it-testijiet mediċi li rriżultaw pożittivi sabiex se jiġi ppreżentat bħala l-player il-ġdid tal-Partenopei.

    B’hekk il-coach ta’ Napoli Gennaro Gattuso se jkollu player importanti għad-dispożizzjoni tiegħu għall-konfront ferm diffiċli li jmisshom kontra Fiorentina.

    Lobotka lagħab 90 partita ma’ Celta Vigo iżda qatt ma rnexxielu jiskorja. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Ajax u Nordjaelland.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0