Debono fl-aqwa forma tiegħu fit-tellieqa tal-Intersport Three Cities

  • Jan 14, 2020 00:52
  • Miktub minn iNews

    L-atleta Għawdxi Charlton Debono jkompli bid-dominju tiegħu fix-xena tal-atletika.  Debono bħalissa jinsab fl-aqwa forma tiegħu meta rreġistra ħin ta’ 30 minuta 48 sekonda fit-tellieqa tal-għaxar kilometri tal-Intersport Three Cities. Dan kien l-aħjar ħin li qatt irreġistra f’din it-tellieqa minn meta bdiet tliet snin ilu. Minkejja theddida ta' xita, it-temp tal-Ħadd ipprovda kundizzjonijiet tajbin għal kważi 200 atleta li ħadu sehem.

    Debono waqqaf il-pass mill-bidu nett iżda Dillon Cassar u Mark Herrera ma kinux ser iċedu l-isfida faċilment. Fid-dawra tal-5k, Debono u Cassar kienu jinsabu ma’ xulxin għalkemm lejn it-tmiem Debono bena vantaġġ żgħir biex jirbaħ. Debono irreġistra l-ewwel riżultat tiegħu ta’ taħt il-31 minuta fuq din id-distanza - dan ir-riżultat kien titjib ta' kważi erba' minuti mill-ħin irreġistrat fl-2018. Intant Cassar li spiċċa 12-il sekonda wara Debono, tejjeb il-ħin tal-2019 bi kważi tliet minuti. Fit-tielet post daħal Mark Herrera. Herrera ħa sehem fl-edizzjonijiet kollha ta' din it-tellieqa, u baqa’ jirreġistra ħinijiet imtejba f’kull tellieqa. 

    Josann Attard Pulis waqqfet il-pass u ħolqot distakk komdu fuq Jolene Debattista, li kienet qegħda ssegwiha. Attard Pulis, li minkejja ma rreġistratx l-aħjar ħin tagħha fuq din il-korsa, xorta kisbet riżultat tajjeb u spiċċat it-tellieqa f’ħin ta’39 minuta 20 sekonda. Debattista, temmet it-tellieqa fi 43 minuta 23 sekonda - titjib ta’ 30 sekonda mill-aħħar parteċipazzjoni tagħha fl-2018. Ħdax-il sekonda wara, Charyl Fava daħlet fit-tielet post. Fava, hija parteċipanta regolari fis-Serje u sa issa dejjem irreġistrat titjib fil-ħinijiet tagħha.  

    Il-premjijiet u t-trofej ġew ippreżentati mid-direttur tat-tellieqa, Charlie Demanuele. 

    Ir-riżultati jinsabu fuq is-sit elettroniku - https://my.raceresult.com/146083/ 

    It-tellieqa li jmiss tal-Intersport 10k Road Running Series se issir, il-Ħadd 16 ta’ Frar ,f’Ħad-Dingli. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online permezz tal-link - http://dingli.10kseriesmalta.com/

    Il-ġbir tan-numru jsir, is-Sibt 15 ta’ Frar, min-12.00 pm sal-5.00 pm, fin-Nike Store fi Tigne Point.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0