Imniedi l-istaġun 2020 tal-Mountain Bike

  • Jan 14, 2020 00:57
  • Miktub minn iNews

    L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ħabbret il-kalendarju tagħha għall-2020, meta l-istaġun jibda nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar fl-Imġarr.

    In-National Point Series ser tkun tikkonsisti f'ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju. Ser jkun hemm għażla ta’postijiet b’xenarju mill-isbaħ kif ukoll tekniċi li jinkludu - Torri ta' Lippija, L-Imbordin, Ħaġar Qim, il-Park tal-Majjistral u Selmun.

    In-National Point Series ser tkun qed tilqa’  ċiklisti tal-kalibru ta’ Maurice Formosa, Brandon Sultana, Etienne Bonello, Patrick Scicluna, Mark Bonnici, Jason Vellau Marie Claire Aquilina kif ukoll numru ta’ ċiklisti li kienu preżenza regolari fl-istaġun preċedenti. L-Assoċjazzjoni mistennija tilqa’ numru sabiħ ta' parteċipanti żgħażagħ fil-kategoriji Junior, U15 u U12.

    Bħala parti mill-isforzi li l-Assoċjazzjoni qeda tgħamel sabiex tattira aktar parteċipanti, ħabbret l-introduzzjoni tal-Kategorija tan-Novizzi. Din il-kategorija ser tara parteċipanti li għandom ftit esperjenza u għallhekk ser jkunu qegħdin itellqu fuq rotta iqsar u inqas teknika.  Midalja ta' parteċipazzjoni ser tingħata lil dawk li jikkompetu f’mill-inqas minn tlett avvenimenti minn 5 fi tmiem is-serje.

    In-National Point Series se terġa’ tkun sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġata minn H20nly, Malta Nutrition, Powerbar Malta. 

    Skeda - Malta Mountain Bike National Point Series

    Tellieqa Nru 1         Il-Ħadd 19 ta’ Jannar           Ta’ Lippija

    Tellieqa Nru 2         Il-Ħadd 23 ta’Frar               Limbordin

    Tellieqa Nru 3         Il-Ħadd 15ta’ Marzu            Il-Park tal-Majjistral

    Tellieqa Nru 4         Il-Ħadd 19 ta’April              Selmun

    Tellieqa Nru 5         Is-Sibt 4 ta’Lulju                 Ħaġar Qim

    It-tlielaq kollha jibdew fit-8:00 am, ħlief it-tellieqa finali li ser tibda fil-5.00 pm.

    Laqgħa għall-dawk interessati ser isseħ nħar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar fis-7.00 pm fil-Mosta Cycling Club, 27 Trincetta, il-Mosta. Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku -  https://www.maltamountainbike.org.mt/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0