Jippersisti l-appell għad-donazzjonijiet tad-demm! 

  • Jan 14, 2020 00:52
  • Miktub minn iNews

    Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għal darb’oħra qed jappella għal iktar donazzjonijiet tad-demm, partikolarment tat-tipi O positive, O negative u A negative.

    Jekk id-donazzjonijiet tad-demm ma jsirux b’mod immedjat hemm riskju kbir li ammont ta’ operazzjonijiet jiġu kkanċellati.

    L-għoti tad-demm għadu jsir minnufih fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamangia li llum se jkun miftuħ sas-6.00 p.m.

    F’Għawdex, Illum It-Tlieta 14 ta’ Jannar, jistgħu isiru donazzjonijiet tad-demm fil-Berġa tax-Xewkija mis-1:00pm sal-5:00pm. Il-karta tal-identità hi meħtieġa!

    Importanti li dawk li sofrew minn riħ komuni huma mitluba jħallu 15-il ġurnata minn l-aħħar sintomu qabel jersqu biex jagħtu d-demm, waqt li dawk li kienu ma jifilħux sew u ħadu l-antibijotiċi huma mitluba jħallu erba’ ġimgħat.

    Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0