Il-qawwiet Ewropej b'tilwima dwar il-Patt Nukleari tal-Iran

  • Jan 14, 2020 12:16
  • Miktub minn iNews

    L-aġenzija tal-aħbarijiet BBC qiegħda tirrapporta li minħabba biża' li l-Iran jista' jikser il-Patt Nukleari fetħu tilwima. 

    Jidher li l-Ingilterra, Franza u l-Ġermanja fetħu dan il-mekkaniżmu ta' tilwim minħabba biża' dwar il-ftehim nukleari mal-Iran. Huma qed jagħmlu dan minħabba diversi vjolazzjonijiet ripetuti. 

    L-Iran issospenda l-limiti kollha fuq il-produzzjoni tal-uranju, li jista' jintuża bħala fjuwil għar-reatturi, kif ukoll għal armi nukleari. 

    Min-naħa tiegħu, l-Iran qal li qed jirrispondi għas-sanzjonijiet li reġa' daħħal l-Istati Uniti meta marru lura mill-ftehim fl-2018. 

    Franza, il-Ġermanja u l-Ingilterra qalu li mhumiex jaċċettaw l-argument tal-Iran. 

    Bil-ftehim nukleari, l-Iran kienet taqbel li tillimita l-attivitajiet sensittivi u tħalli spetturi jiċċekkjaw. Min-naħa l-oħra, b'dan il-ftehim ma jkollhiex sanzjonijiet ekonomiċi. 

    Il-President Amerikan Donald Trump reġa' daħħal is-sanzjonijiet biex iġieġħel lill-Iran tinnegozja ftehim ġdid li jillimita indefinittivament fuq il-programm nukleari u anke twaqqaf l-iżvilupp ta' missili ballistiċi. S'issa l-Iran qed jirrifjuta. 

    Il-partijiet l-oħra tal-ftehim, it-tliet qawwiet Ewropej flimkien maċ-Ċina u r-Russja, qed jipprovaw iżommu dan il-ftehim ħaj. Iżda s-sanzjonijiet wasslu biex l-esportazzjoni taż-żejt mill-Iran u l-valur tal-flus jonqsu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook