Żieda ta’ 8.3% fit-turisti li ġew f’Malta f’Novembru

  • Jan 14, 2020 12:56
  • Miktub minn iNews

    F’Novembru li għadda, in-numru ta’ wasliet mit-turisti kien dak ta’ 191,698, li jfisser 8.3% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 

    Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f’Novembru li għadda żaru pajjiżna 158,425 turist fuq btala waqt li 24,362 ġew fuq negozju. 

    Jirriżulta wkoll li l-ammont ta’ wasliet minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea żdied b’14.2% meta mqabbel mal-istess xahar tal-2018. Fl-istess waqt żdiedu b’9% it-total ta’ ljieli mqattgħin, biex laħħqu l-1.2 miljun lejl. 

    L-istatistika turi wkoll kif l-infiq mit-turisti kien stmat li jlaħħaq il-€136.2 miljun, li jfisser żieda ta’ 10.3% fuq Novembru 2018.

    Ċifri oħrajn juru li bejn Jannar u Novembru tal-2019, l-ammont ta’ wasliet mit-turisti kienu jaqbżu t-2.6 miljun, żieda ta’ 5.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2018. It-total ta’ ljieli mqattgħin żdiedu b’3.6% waqt li l-infiq mit-turisti f’dan il-perjodu kien stmat li jlaħħaq it-€2.1 biljun. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0